Il-Gvern se jibqa’ determinat li ssir ġustizzja dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan intqal fi stqarrija fil-jum li jimmarka sena mill-qtil vjolenti tagħha. Il-Gvern fakkar kif tliet persuni ġew arrestati u qed ikunu akkużati bil-qtil tal-blogger, u li huwa kunfidenti li kwalunkwe individwu ieħor responsabbli għall-qtil se jinstab u ssir ġustizzja fil-konfront tiegħu. Il-Gvern tenna li se jappoġġja bi sħiħ l-investigazzjonijiet li qed isiru mill-Pulizijam kif ukoll mill-Maġistrat inkwirenti.
Malta hija kommessa li ssaħħaħ u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-kelma, u l-protezzjoni tal-ġurnalisti u tar-rule of law.
L-anniversarju tal-qtil ta’ Caruana Galizia għandu jfakkar il-bżonn li lkoll naħdmu id f’id biex nipproteġu l-libertajiet li toffri soċjetà demokratika, temm jgħid il-Gvern.