Il-Gvern se jniedi skema biex persuni li jkunu għalqu 40 sena u jridu jixtri d-dar tagħhom, iħallsu biss nofs il-propjetà u jisselfu għan-nofs l-ammont li jibqa’. Il-Gvern se jkun qed iħallas l-imgħax tul is-snin li l-persuna tkun intrabtet li tħallas is-self.
Dan tħabbar fid-diskors dwar il-baġit għas-sena d-dieħla mill-Ministru Edward Scicluna, fejn żied jingħad li n-nofsa l-ieħor tal-propjetà jinxtara wara numru ta’ snin.
Il-Ministru spjega li b’din il-miżura, il-Gvern ried jindirizza faxxa ta’ persuni li kienu jsibuha diffiċli jixtru d-dar tagħhom minħabba diffikultà li jieħdu self mill-banek.