B’investiment ta’ €45,000, il-Gvern se jkun qed iħallas multi-sensory room ġdida għall-Fondazzjoni Arka, li toffri servizz u kenn għall-persuni b’diżabilità.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, fejn qal kif bħalissa f’din id-dar għaddejjin bosta xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni sabiex tkun tista’ toffri l-aħjar servizzi lir-residenti tagħhom li għandhom diżabiltajiet varji.
Qal, “Ħassejna li anke f’dawn iċ-ċirkustanzi fejn id-donations naqsu u naqsu ferm, aħna rridu nagħmlu l-parti tagħa sabiex propju nibqgħu ngħinu fundazzjoniijet bħal dawn biex jibqgħu jagħmlu l-ġid f’dan il-każ, lis-soċjetà Għawdxija.”
Id-Direttur ta’ Dar Arka, Dun Michael Galea spjega kif din il-kamra hija importanti għall-proċess ta’ terapija tal-persuni b’diżabilità, hekk kif din fost l-oħrajn toffrilhom ambjent interattiv, ta’ rikreazzjoni u anke edukattiv.
Spjega, “Nieħu din l-okkazjoni biex nirringrazzja lil-Ministeru għal Għawdex, illum iffirmajna dan il-kuntratt ta’ għajnuna, sabiex ġewwa Dar Arka nkunu nistgħu nagħmlu mill-ġdid din il-multi-sensory room biex jużawha l-persuni b’diżabiltà.”