Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici illejla ressaq emenda għal dik il-parti tal-Kodiċi Kriminali li taħtha l-għalliema Dorianne Camiller intbagħtet ħames snin ħabs. Hija nstabet ħatja li b’mod involontarju qatlet raġel u darbet lil oħtu f’disgrazzja tat-traffiku fl-2011.
Il-Ministru qal li kif inhu l-Kodiċi Kriminali llum, min joqtol persuna u jodrob oħra jeħel tal-inqas ħames snin ħabs. Il-magistrat m’għandu ebda mod biex jibdel dik is-sentenza f’waħda sospiża.
Issa l-emenda se tipprovdi li jkun il-magistrat li jirregola ruħu u jiddeċiedi x’sentenza jagħti. Dan meta l-każ ta’ Dorianne Camilleri għadu fi stadju fejn jista’ jiġi appellat.