Bħal qishom ferħanin bl-aħbar. Il-ħoss ħlejju tal-qniepen fil-Bażilika ta’ Raħal Ġdid, barra li qed jiċċelebraw il-festa ta’ Kristu Re, din is-sena indaqqew għalenija għall-aħbar li l‑kampnar u l‑portiku tal‑Bażilika se jiġu rrestawrati permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill‑Gvern li se jikkontribwixxi €400,000 għal dan il-proġett.
Dun Marc Andre Camilleri, il-Kappillan tal-Bażilika ddedikata lil Kristu Re tkellem ma’ One News u qalilna li permezz ta’ din l-għotja finanzjarja, il‑parroċċa qed tippjana li l‑portiku jintuża bħala pjattaforma għall‑viżitaturi u jkun ukoll post fejn isiru avvenimenti u attivitajiet oħra ta’ ġbir ta’ fondi għall-istess parroċċa.
Huwa qalilna li dan il-ftehim hu ta’ vantaġġ għall-parroċċa għaliex filwaqt li se tirrestawra partijiet mill-bażilika, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jgawdu l-veduti spettakolari minn fuq il-bejt tagħha .
‘Hija aħbar tajba fis-sens li ġie rikkonoxxut il-bżonn li għandha bżonn il-parroċċa, u li hemm tajjeb mhux sempliċiment għotja ta’ darba imma bl-investiment li se nagħmlu se jkun mod sabiex inżommu l-knisja aktar sostenibbli. ’
Filwaqt li spjegalna li issa l-parroċċa laħqet l-għan ewlieni tagħha li l-manutenzjoni tal-knisja tkun aktar sostenibbli, Dun Mark Andre spjegalna li issa l-kafetterija se tkun fil-pjan terren.
‘Il-kafeterija nnifisha ma kinitx il-prijorita imma kienet parti mill-proġett kollu, jiġifieri l-proġett kollu se jsir, biċċa, biċċa, għadu jrid isir il-mużew fil-kmamar tal-kampnar, u l-kafeterija se ssir f’post differenti. L-importanti li l-proġett kollu se jsir.’
Dun Mark Andre qalilna li l-paroċċa diġà bdiet ix‑xogħlijiet ta’ restawr.
‘L-ewwel u qabel kollox, se nibdew bir-restawr tal-water proofing, kollu tal-knisja, li ilu li sar aktar minn disa’ snin. Ħa jsir ir-restawr fil-kmamar tal-kampnar, fis-soqfa li jridu jinbidlu, imma l-aktar ħaġa mportanti, fis-sens ta’investiment fit-tul huwa li fuq il-portiku se ssir il-viewing platform, ħa jsiru l-meżżi kollha ta’ sigurta, biex anki jkun jista jintuża għall-bżonnijiet oħra u jkunu jistgħu jitilgħu il-viżitaturi.’
Il-Kappillan tal-Bażilika qalilna li tul dawn l-aħħar għaxar snin, bl-għajnuna tal-parruċċani qatt ma waqaf ix-xogħol fuq il-parroċċa biex dejjem tkun it-tempju li jixraq lil Alla u jittama li l‑proġett jitlesta sas‑sena d‑dieħla.