Il-Gvern se jassisti lill-għaqdiet li sofrew l-impatt ta’ problema teknika fis-sistemi tat-telefonija fi ġbir ta’ fondi li saru ftit tax-xhur ilu.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara li għamel fid-Dar tal-Providenza.
Hawnhekk il-Prim Ministru ltaqa’ mar-rappreżentanti tat-tliet organizazzjonijiet, li huma d-Dar tal-Providenza, il-Malta Community Chest Fund u l-Caritas.
Dr Abela qal kif din il-problema teknika affettwat il-pjanijiet ta’ dawn l-għaqdiet voluntarji li jgħinu lin-nies.
Il-Prim Ministru qal li dawn l-inizjattivi fiċ-ċentru tagħhom hemm persuni li jeħtieġu l-għajnuna u l-appoġġ.