Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega li l–Aġenzija tal-Pagamenti qiegħda tilqa’ numru straordinarju t’ applikazzjonijiet għall-għajnuniet.
Kull sena l-aġenzija tal-pagamenti tilqa’ numru t’applikazzjonijiet għall-għajnuniet differenti.
Din is-sena, din il-kampanja fetħet fis-27 ta’ Marzu u tagħlaq fil-15 ta’ Mejju 2017. Applikazzjonijiet li jaslu għand l-aġenzija tal-pagamenti wara l-15 ta’ Mejju, iżda mhux aktar tard mid-disa’ ta’ Ġunju. F’dan il-perjodu, l-bdiewa huma mitluba jesprimu l-interess tagħhom li jirċievu sapport taħt il-miżuri li jaqgħu taħt il-Politika Agrikola Komuni.
Bħalissa, l-bdiewa kollha qed jirċievu ittra bil-posta, flimkien mal-applikazzjonijiet. Il-bdiewa għandhom jikkonfermaw li d-dettalji li jinsabu fuq din l-applikazzjoni huma korretti, qabel din l-applikazzjoni tasal għand l-Aġenzija tal-Pagamenti.
Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jigu sotomessi jew online mill-website tal-Aġenzija tal-Pagamenti, jew bil-posta, jew il-Front Office f’Malta u Għawdex.
Hemm tliet tipi differenti t’applikazzjonijiet:
1. Dawk il-miżuri li jaqgħu taħt il-Miżuri tal-Iżvilupp Rurali, fejn bħalissa hemm żewġ miżuri differenti miftuħa ghall-bdiewa: Waħda tikkonċerna l-kumpens għal zoni affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi. Taħt din il-miżura 6,000 bdiewa ser jibbenefikaw minn żewġ miljuni fis-sena. Miżura oħra tikkonċerna pagamenti agro-ambjentali li jkollhom anqas effett fuq it-tibdil tal-klima. Din il-miżura kienet imnedhija fl-2015 u madwar 800 bidwi qegħdin jibbenefikaw minn madwar miljun ewro fis-sena
2. L-iskema tal-għajnuniet diretti reġgħat infetħet għat-tielet sena konsekuttiva. Taħt din il-kampanja hemm diversi skemi, fosthom l-iskema tal-Pagamenti Basici, skema għal bdiewa li jikkomettu ruħhom li jżidu l-biodiversità, skema tal-bdiewa żagħażagħ, skema għal bdiewa li jirċievu support dirett li ma jeccedix €1,250, u skema li tipprovdi support għall-produzzjoni tal-ħalib, ċanga, nagħaġ u t-tadam.
It-total ta’ ghajnuniet diretti jilhaq il – €5.2 miljun ewro fis-sena li huma totalment finanzjati mill- Unjoni Ewropea.
3. Hemm ukoll skema li se toffri kumpens lil dawk il-bdiewa li kellhom impatt negattiv minn-nixfa li soffrew is-sena li għaddiet. Il-budget totali ghal din l-iskema jlaħħaq €900,000 li ġew allokati mill-Gvern Malti. Aktar minn 5,000 bidwi ser jibbenefikaw minn din l-għajnuna eċċezzjonali. Se jithallsu €109 kull ettaru raba’.