Ftit tal-minuti ilu ntemmet l-ewwel mixja tal-President, taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono.
Il-mixja bdiet mill-Palazz ta’ Sant’Anton għall-Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, quddiem il-Palazz tal-President.
F’diskors tal-okkażjoni, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern se jagħti donazzjoni ta’ €20,000 lill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund, mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Dr Abela sostna dwar l-importanza li din l-attività turi l-għaqda nazzjonali.
Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono semmiet kif din il-ġimgħa, ġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Community Chest Fund u l-Gvern, biex dan tal-aħħar jidħol hu għall-mediċini. Sostniet li l-fondazzjoni xorta waħda se tibqa’ ddedikata fuq il-ħidma tagħha favur il-pazjenti.
Preżenti wkoll kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.