B’reazzjoni għad-deroga li kisbet Malta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis mandatorju fl-użu tal-gass, li seta’ jkun ta’ detriment għan-negozji u l-familji f’pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela kkummenta li l-Gvern qed jieħu d-deċiżjonijiet fl-interess ta’ pajjiżna biex, fost l-oħrajn, iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli.
Robert Abela qal li, minkejja din l-eżenzjoni, il-Gvern se jibqa’ jaħdem u jinċentiva lill-poplu favur l-użu tal-enerġija rinnovabbli. Huwa radd ħajr lit-tim kollu li ħadem fl-interess ta’ pajjiżna.
Huwa rringrazzja b’mod partikolari lill-Ministru Miriam Dalli, li kienet preżenti għall-Kunsill fejn ġiet issiġillata din il-kisba.
AQRA AKTAR: