Il-Gvern ħa nota tar-reazzjoni tal-pubbliku u l-għalliema fir-rigward tal-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel.
Fid-dawl ta’ dan, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, beda l-proċess biex jiġi evalwat kif l-iskema tat-Tqassim tal-Frott, Ħaxix u Ħalib fl-iskejjel tista’ tiġi mtejba minn aspett aktar ħolisitiku.