Il-Gvern Malti qed isegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fi Tripli fil-Libja. Qal dan fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn qal li n-Nazzjonijiet Magħquda ma tistax tagħlaq għajnejha għal dak li qed iseħħ.
We are following situation in #Tripoli #Libya with deep apprehension. @UN international community cannot turn a blind eye and pretend it is not happening -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) September 1, 2018
Dan fid-dawl li minn tal-inqas 30 persuna nqatlu fil-Libja b’rabta mat-taqbid fi Tripli li ħalla eluf ta’ migranti u refuġjati maqbuda f’ċentri tad-detenzjoni mmexxija mill-Gvern mingħajr xorb jew ikel.
Id-diżgwid beda t-Tnejn li għadda bejn brigadi rivali li sippost joperaw taħt l-istess difiża ministerjali li hi rikonoxxuta.
Minn tal-inqas 30 persuna nqatlu filwaqt li 96 indarbu, dan skont il-Ministeru tas-Saħħa tal-lokal, minkejja l-appelli li saru min-Nazzjonijiet Magħquda.