Il-Gvern mhux vera li qed jintroduċi taxxi ġodda fuq fliexken tax-xorb tal-plastik li jiġu riċiklati taħt is-sistema tal-BCRS.
Dan ħareġ fi stqarrija mill-Aġenzija Circular Economy Malta, b’referenza quddiem rapporti fil-midja li l-kumpanija BCRS se tgħolli ħlasijiet għall-importaturi tax-xorb.
L-Aġenzija kienet kategorika tisħaq li l-Gvern mhux iżid taxxi u jekk hemm deċiżjonijiet minn kumpanija privata, m’għandu x’jaqsam xejn magħhom il-Gvern.
Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn kumpaniji privati bl-ebda mod mhi relatata ma’ dan ta’ hawn fuq.
Fl-istess waqt, intqal li l-Gvern se jkompli jħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali biex jagħmel il-bidla minn kontenituri tax-xorb li jintużaw darba għal kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew.
Sadanittant, il-Ministru reponsabbli Miriam Dalli qalet li Kontra dak irrapportat, il-Gvern ma daħħal l-ebda taxxa ġdida, eco u mhux, fuq il-fliexken tax-xorb. Għalhekk, rapporti li qalu li l-Gvern daħħal xi taxxa ġdida kienu totalment żbaljati.