L-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali dwar il-Private Public Partnership fil-qasam tas-saħħa hi prova oħra ta’ kemm dan il-gvern m’għandux x’jaħbi.
Għax meta l-Awditur Ġenerali jibda l-investigazzjoni wara li jlesti xogħol li qed jagħmel bħalissa, kif spjega lbieraħ quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, ikun qed jagħmel dan fuq talba oriġinali tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li saret f’Diċembru 2016.
Dakinhar id-Deputat Prim Ministru talab lill-Awditur Ġenerali jidħol fil-kuntratt, li għandu aċċess għalih b’mod sħiħ, għax m’għandux xejn minn xix jiddejaq jew jibża’.
It-talba tal-Partit Nazzjonalista kienet sena tard u ma kienet xejn għajr mossa oħra biex tikkuntenta lil dawk fil-Partit Nazzjonalista li jridu jattakkaw kull investiment.