Il-Parlament illejla aġġorna biex jiddiskuti mozzjoni li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex fi kliemu jiġu diskussa allegazzjonijiet li ġew rrapportati fil-gazzetti dwar il-kumpanija 17 Black.
B’reazzjoni, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Gvern m’għandu l-ebda problema biex jiddiskuti l-allegazzjonijiet li saru u anke allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu u kontra l-membri parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista.
B’reazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian rrifjuta li l-Parlament jiddiskuti l-allegazzjonjiet li saru fil-konfront tiegħu li fost oħrajn daħħal flus mill-kriminalità.
B’reazzjoni, id-Deputat Prim Ministru Chris Feane tenna li l-Gvern m’għandu l-ebda problema li jiddiksuti l-allegazzjonijiet kontra l-Membri Paralmentari tal-kamra.
Id-Deputat Prim Ministru nnota li kif illejla, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar fil-Parlament u talab li ssir diskussjoni b’urġenza u fl-istess ħin li suppost qiegħed fil-Parlament sejjaħ lill-ġurnalisti għall-konferenza tal-aħbarijiet.
Sostna li l-uniku Membru Parlamentari fil-Parlament li dwaru mhix issir investigazzjoni dwaru huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu li għall-kuntrarju ta’ dak li għamel il-Prim Ministru baqa’ jirrifjuta li jsejjaħ investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet gravi li saru fil-kofront tiegħu.