Il-Gvern Malti ħa nota u esprima d-diżappunt tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar kawża li għaddejja fuq deroga li għandha Malta dwar l-insib għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana għal skop ta’ riċerka.
Ir-rakkomandazzjoni tal-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali ma torbotx il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bis-sentenza li għandha tingħata aktar tard.
L-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali għad trid tiġi eżaminata fil-fond.
Il-Gvern qal li se jibqa ’impenjat fil-kawża u lest li jerġa’ jiftaħ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex ikompli jiddefendi d-deroga tar-riċerka u l-interessi tal-kaċċaturi u n-nassaba.
Il-Gvern saħaq li huwa konvint li bl-argument li ressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għadu possibbli li l-Qorti tiddeċiedi favur Malta.
Il-Gvern Malti qed jiddefendi l-każ f’kawża mal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Ministru Clint Camilleri li kien mar fil-Lussemburgu xahrejn ilu jippreżenta difiża għad-deroga li għandha Malta fuq l-insib għal skop ta’ riċerka.
AQRA WKOLL: