Il-Kap tal-Unità tal-Popolazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ekonomika għar-Reġjun Ewropew Lisa Warth irrikonoxxiet lil Malta fir-rigward tal-anzjanità attiva.
Hija għamlet dan f’laqgħa mas-Segretarju Parlament għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, f’pajjiżna.
Dan fil-marġini tal-konferenza nazzjonali ‘Safeguarding the human rights of older persons: Innovations in Healthy and Active Ageing’, organizzata mill-Istitut Internazzjonali tal-Anzjanità tan-Nazzjonijiet Uniti – Malta (INIA) u Healthmark.
Warth semmiet kif kif Malta tinsab fuq quddiem nett fl-Ewropa fir-rigward ta’ għomor twil fi stat ta’ ħajja tajba. Fil-fatt, huwa stmat li n-nisa f’Malta jgħixu medja ta’ 70.3 sena filwaqt li huwa stmat li l-irġiel jgħixu 70.1 sena – l-ogħla figuri fl-Unjoni Ewropea.