BirdLife Malta kkundannat il-qtil ta’ tliet ċikonji bojod fl-inħawi tal-Magħtab ilbieraħ. B’rabta ma’ dan, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri kiteb fuq Twitter li l-Gvern Malti mhux se jittollera illegalitajiet.Qal ukoll li jinsab infurmat li l-allegat kaċċatur qed jinżamm mill-Pulizija, u jinsab kunfidenti li ssir ġustizzja.
.@MaltaGov will not tolerate hunting illegalities | Informed that the alleged shooter is apprehended by @MaltaPolice | Confident #justice will prevail against these few – CC @BirdLife_Malta @FKNKMALTA
— Clint Camilleri (@Clint_Camilleri) August 15, 2018
Dan il-każ isegwi ieħor fil-jiem li għaddew, meta kaċċatur raġel tressaq il-Qorti akkużat li qatel diversi ċikonji fl-aħħar jiem.
Dwar dan il-każ, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, biex il-kaċċatur għadu qed jinżamm arrestat biex jgħin fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.