Il-Gvern Malti ġie mfaħħar għal mod li bih qed jaħdem sabiex kull ċittadin f’pajjiżna jkollu aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli. Dan anke permezz ta’ numru ta’ miżuri sabiex kull persuna tkun tista’ ssir sid ta’ darha.
Dan intqal wara li aktar minn sebgħin imsieħeb soċjali lokali u anke internazzjonli ngħaqdu fl-ewwel konferenza mtella’ mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali flimkien man-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-politika li qed tiġi adottata f’pajjiżna fil-qasam tal-akkomodazzjoni.
Waqt il-konferenza bit-tema Towards Sustainable Homes and Neighbourhoods in the Mediterranean Region: Reflecting on Malta’s potential, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes spjega li bħalissa l-Gvern jinsab fl-istadji inizjali li jiżviluppa l-ewwel sistema nazzjonali ta’ akkomodazzjoni għal Malta.
Huwa qal: “Imma l-mod kif qed norganizzaw, nimmaniġjaw settur bħal dan ikompli jimlina b’kuraġġ biex inkomplu naħdmu għal futur ukoll. M’hemmx dubju li l-proġetti kbar li qed iwettaq dan il-Gvern u anke l-investiment li qed isir fil-qasam tal-housing qed jagħtu rikonoxximent, mhux biss minn entità bħalma hi n-Nazzjonijiet Uniti imma wkoll esperti barranin qegħdin istaqsuna u jitkellmu magħna fuq settur u kif irnexxielna nwettqu din il-politika.”
Julie Lawson, l-awtriċi ewlenija tal-inizjattiva Housing 2030, sostniet li permezz ta’ strateġija nazzjonali għall-Housing, Malta se tassigura li ċ-ċittadini jkollhom dar xierqa għalihom.
Hija stqarret: “Good housing policies try to improve access to affordable and decent quality housing for all and incorporate fair housing policies in institutions that also recognize things like social diversity and that not everybody is on the same footing, and try to lift the capacity of some households to access good housing, also to protect households who are vulnerable.”
Min-naħa tagħha s-Segretarja tal-Kumitat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda Gulnara Roll kellha kliem ta’ tifħir għall-Gvern Malti li qiegħed ifassal għall-ewwel darba starteġija Nazzjonali ta’ Housing.
Hija sostniet: “I would like to congratulate the Ministry on very important work on strenghtening international housing system in Malta. Indeed it is very important to have a rubust and flexible national hosung system.”