Il-Ministru Owen Bonnici beda billi spjega kif qiegħed hawn, hu lest li flimkien mal-Gvern Malti ikompli jiddjaloga mal-istituzzjonijiet ewropej sabiex tingħata stampa reali dwar Malta. Innota kif dak li ingħad ma jagħtix stampa reali u ġusta dwar Malta.
Il-Ministru Bonnici żied li l-allegazzjonijiet li kitbet dwarhom Daphne Caruana Galizia qegħdin jiġu investigati fosthom allegazzjoni sensittiva dwar li l-kumpanija Egrant fejn ntqal li hija tal-Prim Minisitru Joseph Muscat u l-familja tiegħu.
Qegħdin naħdmu biex nipproteġu s-saltna tad-dritt li hija tant għall-qalb il-Gvern Malti. Enfasiza kif l-Gvern Malti huwa gvern trasparenti u lest li jkompli jiddjaloga sabiex tingħata stampa reali dwar pajjizna. Sostna wkoll li tant huwa minnu dan, li kien dan il-Gvern preżenti li daħħal il-liġi tal-whistle blower u huwa bilfors li Gomez ma tafx sew dwar dan għax huma ftit il-pajjiżi li għandhom din li-liġi fil-prattika.