Il-Gvern Malti laqa’ l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza, bejn Iżrael u l-Hamas.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela permezz ta’ kitba fuq il-pjattaforma soċjali X.
Dr Abela nnota kif numru ta’ persuni tilfu ħajjithom, waqt li oħrajn inżammu ostaġġi sabiex intlaħaq dan il-ftehim.
Il-Prim Ministru Malti qal li l-waqfien mill-ġlied huwa dak li d-dinja ttamat għalih u dak li għandu bżonn kemm il-poplu Iżraeljan u anki l-poplu Palestinjan.
Dr Abela temm jgħid li Malta se tkompli tippromwovi l-paċi, kif dejjem għamlet.
AQRA AKTAR: