Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin esprima xokk kbir għall-attakk terroristiku f’Pittsburgh, l-Istati Uniti, li ħasad il-ħajja ta’ 11-il persuna u ħalla sitta oħra feruti.
Malta għaddiet il-kondoljanzi tagħha lill-Gvern Amerikan, u fuq kollox, il-familji li sofrew telfa kiefra din il-ġimgħa minħabba dan l-attakk.
Il-Gvern Malti kkundanna dan l-attakk, u t-terroriżmu ta’ kull forma.