Il-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta Stuart Gill faħħar is-sehem tal-Gvern Malti bil-preparamenti li qiegħed iħejji għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
L-għada li l-Gvern nieda kampanja ta’ informazzjoni dwar Brexit, qal li l-Gvern Malti għamel biċċa xogħol tajba ħafna sabiex Brexit ma jħalliex effett fuq ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Gill stqarr: “I think they done a great job. The campaign announced yesterday they have freephone number. They started a campaing to inform the maltese citizens in the EU and its a good job.”
Fir-Renju Unit jgħixu mal-81,000 Malti u Maltija. Filwaqt li mat-13,000 Ingliż jgħixu Malta.
Dan apparti r-relazzjonijiet b’saħħithom li hemm bejn Malta u r-Renju Unit fejn jidħol negozju, saħħa u oqsma kruċjali oħra għall-ekonomija Maltija.
“The PM has said that he wants Malta to be the most friendly state in the EU. Their are arraingments in place to protect interest and right british nationalist in malta – access to health, social welfare”, sostna Gill.
L-Erbgħa filgħodu, il-Ministru għall-affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis iltaqa’ mal-istakeholders li se jintlaqtu minn ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Sabiex din l-isfida, l-Gvern Malti jdawwarha f’opportunitajiet.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li “Illum qegħdin nisimghu t-tħassib tal-istakeholder. Anki wara li neddejna l-kampanja. Issa l-ġimgħa li ġejja se jkun hemm is-summit u naraw it-triq ‘il quddiem. Ovvjament l-inqas impatt fuq iċ-ċittadini.”