Il-Gvern Malti għadda €20,000 għall-akbar proġett infrastrutturali fil-medda ta’ Gaza li huwa mistenni li jipprovdi mill-inqas 55 miljun metru kubu ta’ ilma nadif u tajjeb għax-xorb.
Dan se jkun ikkunsmat minn żewġ miljun ruħ. L-ilma f’dawn l-akkwati huwa l-inqas li wieħed jista’ jsib għad-dispożizzjoni tiegħu biex jiġi kkunsmat.
Il-Konferenza saret bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana fl-20 ta’ Marzu 2018 fi Brussell.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela saħaq li Malta tinsabu kburija li qiegħda tgħin biex ittejjeb il-kundizzjonijiet f’Gaza.