“Il-Partit Laburista jifhem li Adrian Delia qed jikkampanja biex iżomm postu bħala Kap tal-Oppożizzjoni iżda kemm hu kif ukoll il-kontestant tal-establishment iridu jifhmu li dan il-Gvern ma jitmexxiex bi stunts politiċi”, dan qalu fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista saħaq: “Kien ikun aħjar li kieku Delia u Grech ingħaqdu f’din id-dawra qasira u marru sad-Dipartiment tat-Taxxa u l-VAT.”
Il-Partit Laburista temm jgħid li l-Gvern Laburista huwa kommess li jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, iebsa kemm huma iebsa fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.