Il-Gvern Kuban organizza mass rally matul il-jum tas-sibt, ġimgħa wara l-protesti bla preċedent li saru fil-pajjiż immexxi mill-komunisti.
Waqt din il-manifestazzjoni, li għaliha attendew numru ta’ partitarji favur il-Gvern, reġa’ twassal il-messaġġ li Kuba hija kontra s-sanzjonijet ekonomiċi li imponiet l-Amerika. Tant, li l-Amerika qed tiġi akkużata li permezz ta’ dan l-azzjonijiet, Kuba tinsab fi stat ekonomiku devastanti.
Raul Castro attenda għal din il-laqgħa tal-massa. Castro rtira bħal l-Kap tal-Partit Komunista f’April li għadda, iżda kien wiegħed li se jibqa’ jiġġieled għar-rivoluzzjoni, huwa kien ħa f’idejh it-tmexxija tal-partit wara ħuh, Fidel Castro.