Il-Gvern huwa kommess li jagħmel l-Informatika u t-Teknoloġija aċċessibbli għal kulħadd.
Dan stqarru l-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara COVID-19 Owen Bonnici waqt l-ewwel laqgħa li kellu maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà tal-Informatika (FITA) Elizabeth Olivieri, fl-uffiċini tal-istess fondazzjoni.
Il-Ministru Bonnici saħaq li din il-fondazzjoni se jkollha rwol importanti fi ħdan dan il-Ministeru.
Hu qal, “Irridu nkomplu nwettqu d-differenza għall-ġid ta’ min l-iktar jeħtieġlu assistenza fis-soċjetà tagħna biex ikun eqreb lejn l-informatika u t-teknoloġija”, u stqarr li huma diversi dawk il-persuni li minħabba raġunijiet varji iħossuhom ‘il bogħod mill-għodod kruċjali tad-dinja moderna.
Dan filwaqt li l-Ministru Bonnici sostna li t-teknoloġija tista’ tagħti soluzzjonijiet sabiex diversi persuni li jirrikjedu attenzjoni speċjali jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.
Min-naħa tagħha, is-Sinjura Olivieri il-ħidma tal-FITA fl-aħħar snin u l-miri ewlenin li għandha quddiemha din il-fondazzjoni.