Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li pajjiżna se jkompli jkabbar is-servizz tas-Servizz Finanzjarji, fejn pajjiżna se jkompli jesplora niċeċ ekonomiċi fosthom fil-Fintdch, Regtech u Blockchain. Kompla jgħid kif il-vizjoni tal-Gvern Malti tkun ġurisdizzjoni ewlenija fuq livell mondjali.
Il-Ministru Scicluna qal kif se tkun qed issir kampanja ta’ informazzjoni edukattiva dwar l-Inteligenza Artifiċjali u jingħataw boroż ta’ studji għall-istudenti li qegħdin jistudjaw l-AI. Tħabbar ukoll li se jkun qed isir proġett pilota sabiex tibda titħaddem l-Internet of Things, li tmur pari passu mal-Inteligenza Artifiċjali.
Tħabbar ukoll li se jkun qegħdin jingħataw fondi lil MITA sabiex tkun assigurata tas-sigurtà diġitali.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru tal-Finanzi qal li se tkun qed issir il-kummerċjalizzazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Ispazju. Filfatt li l-Gvern se jkompli jinvesti fis-settur tal-esport, sabiex jgħin lill-istudenti u ż-żgħażagħ interessati f’dan is-suġġett.