Il-Gvern Kanadiż ħabbar li l-ħaddiema li jaħdmu f’entitajiet u istituzzjonijiet tal-istat huma obbligati li jitlaqqmu bil-vaċċin kontra l-Covid-19.
Il-midja internazzjonali ħabbret ukoll li l-passiġġieri li jitilgħu fuq il-ferrovija, trasport tal-ajru u dak tal-baħar iridu wkoll jippreżentaw prova li huma mlaqqmin.
Dan kollu minħabba ż-żieda qawwija fil-każijiet tal-varjant Indjan.
Fil-Kanada tnejn u sittin fil-mija tal-popoplazzjoni hija mlaqqma kompletament.