Illejla fil-Parlament għadda mit-Tieni Qari l-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Gvern qed jipproponi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ żblokk biex il-kariga ta’ Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma tibqax battala f’każ li ż-żewġ naħat tal-Kamra jibqgħu ma jaslux għal qbil.
Id-deputati tal-Gvern ivvutaw favur din l-emenda, filwaqt li d-deputati tal-Oppożizzjoni vvutaw kontra.