Il-Prim Ministu Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern issospenda b’mod immedjat il-permessi kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ skavar u twaqqigħ ta’ binjiet.
Dr Muscat qal dan fil-bidu tal-laqgħa li sejjaħ ma’ dawk kollha involuti fis-settur tal-kostruzzjoni wara li ġġarrfet binja ta’ erba’ sulari fil-Mellieħa.
Fil-bidu tal-laqgħa, il-Prim Ministru qal li l-każ li seħħ dalgħodu fil-Ħamrun, it-tielet wieħed f’xahrejn wassal lill-Gvern biex jieħu miżura drastika biex b’mod temporanju jieqaf kull xogħol ta’ skavar u twaqqigħ li jinsab għaddej ma’ Malta u Għawdex kollu.
Il-laqgħa għadha għaddejja.