Fi stqarrija l-Gvern tenna li hu kommess li jagħlaq iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa kif imwiegħed fil-programm elettorali tiegħu.
Fl-aħħar sigħat il-Gvern ra r-reazzjoni tan-nies ta’ Birżebbuġa li qed iħossu li se jintefa’ piż sproporzjonat fuqhom jekk l-immigranti kollha jiġu trasferiti għal Ħal Far.
Għalhekk il-Gvern se jwaqqaf dan il-proċess sakemm tinstab soluzzjoni li tkun ekwa u b’hekk ma jintefax il-piż kollu fuq komunità waħda biss.
Il-Gvern hu kommess li jżomm mal-manifest tiegħu filwaqt li jsib soluzzjoni ekwa.