Il-Gvern jibqa’ impenjat, kif għamel għal sena wara l-oħra, li jħares id-drittijiet tal-kaċċaturi u n-nassaba b’rispett sħiħ lejn il-liġi.
Fi stqarrija l-Gvern qal li rċieva l-opinjoni motivata, mill-Kummissjoni Ewropea fuq deroga applikata fil-ħarifa li għaddiet fuq ir-riċerka għal seba’ speċi tal-għasafar tal-għana.
Il-Gvern saħaq li se jkun qed janalizza din l-opinjoni u b’mod sussegwenti se jkun qed jagħti r-risposta teknika u legali tiegħu.