L-Awtorità tad-Djar ipprovdiet akkomodazzjoni alternattiva għall-familja Pace li t-Tnejn li għadda spiċċaw mhux biss tilfu lill-għażiża tagħhom Miriam, iżda wkoll spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom.
Mistoqsi minn ONE NEWS, x’passi ħa l-Gvern biex jgħin lill-familja Pace, il-Minsitru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li l-familja Pace ingħatat akkomodazzjoni alternattiva.
Din l-akkomodazzjoni intgħażlet mill-familja Pace wara li ġew offruti diversi proprjetajiet differenti li nstabu skont il-bżonnijiet tal-familja.
Il-kirja se tkun koperta mill-Awtorità tad-Djar filwaqt li se tiffinanzja ukoll l-affarijiet bażiċi li teħtieġ il-familja f’dan il-mument diffiċli f’ħajjithom.
Il-Ministeru u l-Awtorità qalu li huma kommessi li jkomplu jipprovdu l-għajnuna kollha neċċessarja lil familji milquta minn din id-diżgrazzja li biddlithom ħajjithom mil-lejla għan-nar.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/06/tliet-persuni-arrestati-mill-gdid-brabta-mat-tigrif-tad-dar-tal-familja-pace/