B’investiment ta’ €300,000 qed isir xogħol infrastrutturali fi blokka appartamenti Okella Agius, il-Ħamrun.
Ix-xogħol beda f’dawn l-aħħar ġimagħtejn. Bdiet ħidma fuq is-soqfa, fuq sistema tal-elettriku u anke tad-drenaġġ.
B’kollox hemm mat-48 appartament f’din il-binja. Residenti li tkellmu magħna esprimew l-ferħ tagħhom li se jsir investiment fil-binja, minħabba l-periklu li kienu ilhom jgħixu fih.
Apparti din il-binja, id-Dipartiment tal-Housing se jkun qed jirranġa binjiet oħra, fosthom f’Ta’ Ġiorni u f’Pembroke.