Il-Gvern laħaq ftehim ġdid mal-Konsorju responsabbli mit-tisbiħ tar-roundabouts, l-ELC.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qal li b’dan il-ftehim qiegħed jassigura li jiġu mħarsa l-impjiegi tal-ħaddiema iżda wkoll ser jitwettqu numru ta’ proġetti ġodda b’kordinament sħiħ ma’ Ambjent Malta.
Dan bil-għan li jitkompla jingħata aktar valur lil-kapital naturali ta’ pajjiżna.