Il-Partit Nazzjonalista ħalla lill-għalliema għal 25 sena jaqgħu fl-aħħar post fit-tabella ta’ żidiet li ħa ċ-ċivil. Ma tax kashom dakinhar u kien dan il-Gvern li beda jirranġa l-affarijiet.
Il-Partit Laburista qal li l-Gvern beda jikkoreġi dan bi ftehim settorjali li jsaħħaħ il-pagi, kundizzjonijiet u d-dinjità tal-edukaturi.
F’dawn l-aħħar snin iddaħlu wkoll miżuri importanti bħas-sabbatical u opportunitajiet ta’ taħriġ, u se naħdmu biex jiħraxu l-liġijiet fuq vjolenza fl-iskejjel.
Dan il-baġit investa ukoll €280,000 f’miżuri ta’ sigurtà fl-iskejjel għall-ewwel darba.
Qabel il-Partit Nazzjonalista jitkellem fuq l-early school leaving, li taħtu kien jaqbeż sew it-30% fis-sena b’mod kontinwu, tajjeb jikkoreġi il-figura skorretta ta’ 18.6% li kwotta lil Eurostat fiha fl-istqarrija.
Il-figura korretta hija ta’ 17.7% skont il-Eurostat, temm jgħid il-Partit Laburista.