Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri u l-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo nedew skema ta sussidji għall-bdiewa ta’ miljun u nofs ewro. Din l-iskema se tolqot madwar erbat elef u tmin mitt bidwi Malti fejn dawk eleġibli jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ ħlas ta’ €200 għal kull ettaru ta’ art.
Il-Ministru Refalo spjega kif il-bdiewa kienu uħud mill-aktar nies milquta mill-effetti ekonomiċi tal-Covid-19.
“Ridna li aħna nkunu wkoll ta’ sapport għall-bidwi Malti u Għawdxi, u għalhekk aħna qiegħdin nivvutaw is-somma ta’ miljun u nofs għall-bdiewa Maltin u Għawdxin minħabba l-konsegwenzi tal-Covid-19.” Stqarr il-Ministru Refalo.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Schembri, spjega kif il-Gvern ma kienx se jħalli li l-bżulija tal-bdiewa tinħakem mill-imxija.
Il-Ministru Schembri sostna, “Huma nies li jaħdmu ħafna, jaħdmu f’ħafna tbatija biex lilna jkunu jistgħu iwasslulna l-prodott frisk. Allura apparti li rridu nuru rispett, irridu nuru wkoll bil-fatti li rridu ngħinuhom. Din il-miżura ta’ erba’ miljun Ewro kienet indirizzata għalhekk.”
Intant, il-Partit Laburista ġab fix-xejn il-kritika bla bażi tal-Partit Nazzjonalista f’dan is-settur.
Fi stqarrija, l-Partit Laburista sostna li l-bdiewa ġew allokati tliet miljun u nofs ewro għall-ħsarat u telf fil-produzzjoni ta prodotti agrikoli