Il-Gvern ċaħad kompletament l-istorja fuq il-faċċata tal-MaltaToday li tgħid li ngħataw 1,000 impjieg mal-Gvern, lejliet l-elezzjoni ġenerali, f’Għawdex.
Fi stqarrija, l-Gvern qal li l-istatistika nazzjonali u dik tal-Eurostat se tkun qed tikkonferma li din l-istorja hija skorretta meta tiġi ppubblikata l-istatistika tal-impjiegi għall-ewwel nofs tas-sena tal-2017.