Il-Gvern iċċara l-fatti dwar il-faċilitajiet sporitivi ta’ Mtarfa FC wara dak li qalet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwarhom.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlametari għall-Isport fakkar fost l-oħrajn li hawnhekk se jsir proġett ta’ skola internazzjonali li dwaru kien hemm qbil unanimu fil-Parlament fl-2018.
Ix-xogħol li sar hawnhekk fuq il-pitch tal-5-a-side sar ukoll b’konformità mad-direzzjonijiet li ngħataw minn Heritage Malta u l-Awtorità tal-Ippjanar, u l-pitch il-kbir baqa’ dejjem kif kien.
Il-Gvern fakkar ukoll li l-klabb qed jiddiskuti ma’ SportMalta biex ikun hemm alternativi għax-xhur li ġejjin, biex titħares l-iskeda ta’ taħriġ tal-membri tal-klabb.
Fl-istess ħin, il-ħidma biex il-klabb ikollu faċilitajiet fil-lokalità stess u li jkunu ta’ livell mixtieq, waselt fi stadju avvanzat.