Il-Gvern qal li f’laqgħa bejnu u l-Unjin tal-Għalliema f’Kastilja, ir-rappreżentati tal-għalliema semgħu direttament lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, tgħidilhom illi l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u tas-saħħa qed jaħdmu id f’id biex jinfetħu l-iskejjel, kuntrarjament għal dak li qalet l-istess unjin.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal illi qiegħed jimxi mal-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa biex il-Ħamis filgħodu jiftaħ l-iskejjel kif ippjanat.
Il-Gvern saħaq li l-MUT qed tmur kontra l-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, liema parir ingħad ukoll pubblikament.
Il-Gvern aċċenna li l-edukazzjoni tat-tfal hija prijorità kif inhi s-saħħa pubblika, u d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu fl-interess ta’ ulied il-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Gvern temm jgħid li d-deċiżjoni tal-MUT, li tinjora l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa hija meqjusa bħala waħda mhux leġittima u għalhekk meta l-Ħamis jinfetħu l-iskejjel, l-għalliema huma mistennija jirrapportaw fl-iskejjel b’mod normali u jonoraw l-obbligi tax-xogħol tagħhom.
https://www.one.com.mt/2021/01/06/l-mut-tordna-strajk-ta-jumejn-tghid-li-prof-gauci-mhux-se-tghid-li-jinghalqu-l-iskejjel-4/