Fi stqarrija l-Gvern għamel referenza għad-digriet tal-Bord li qed imexxi l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Gvern qal li l-Bord tal-inkjesta arroga għalih innifsu s-setgħa li jestendi t-terminu tal-inkjesta indefinittivament.
“Il-Bord irid jerfa’ r-responsabilità dwar dak deċiż minnu wara li ddeċieda li hu biss għandu l-jedd li jiddetermina l-limiti tat-termini ta’ referenza lilu mogħtija”, saħaq il-Gvern.