Fi stqarrija s-Sibt waranofsinhar il-Gvern qal li huwa kommess li jkun hemm konnettività, effiċjenza fis-servizz u aċċessibilità bejn Malta u Għawdex.
B’reazzjoni għall-konferenza tal-Partit Nazzjonalista u dak li qalu l-kelliema tal-Oppożizzjoni, il-Gvern sostna li mhux minnu li qed jitfassal proċess.
B’rabta mal-Gozo Channel, il-Gvern kompla jgħid kif, bil-fatti, hu kommess li jkompli jinvesti fil-kumpanija, li fl-aħħar snin tejbet is-servizz.
“Dan il-Gvern kien u ser jibqa’ jpoġġi l-konnettività bejn il-gżejjer fuq l-aġenda nazzjonali hekk kif saret talba quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex tingħata għajnuna lill-operaturi tal-Fast Ferry biex is-servizz mhux biss jissaħħaħ imma jaqdi aktar funzjonijiet, kif ukoll saret applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex f’Għawdex issir Rural Airfield,” temm jgħid il-Gvern fl-istqarrija tiegħu.