Id-Dipartiment tat-Tindif qed jassisti lill-famija Theuma li ftit tal-ġimgħat ilu inqerditilhom id-dar wara li nħakmet minn nirien.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fejn qal li d-dipartiment qed jipprovdi l-assistenza neċessarja sabiex isir it-tindif f’din ir-residenza.
Dan l-inċident sfortunat kien seħħ fit-17 ta’ Novembru li għadda waqt li Joseph Theuma kien qed jaħdem fuq presepju kbir ħalli kif bħal ma kienet il-prassi ta’ kull sena jesebieh lill-pubbliku fi żmien il-Milied.
Dakinhar, il-mara ta’ Theuma kienet inqabdet fil-bitħa tad-dar tagħha u kellha tiġi salvata mill-ħaddiema tas-salvataġġ tal-Protezzjoni Ċivli li eventwalment ħarġuha minn resideza oħra li kienet tinsab fl-istess triq.