Id-Deputati f’isem il-Gvern qablu li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler dwar il-Ministru Justyne Caruana għandu jiġi ppubblikat.
Dan sar waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika immexxi mill-Ispeaker Anġlu Farrugia.
L-Ispeaker irrimarka li hemm partijiet fir-rapport li fihom jissemmew membri tal-familja u għalhekk ma għandhomx jiġu ppubblikati, biż-żewġ naħat, jiġifieri kemm il-Gvern u l-Oppożizzjoni, jaqblu fuq hekk.
Ir-rapport issa se jiġi diskuss fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler mistenni jidher fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat.