Miżura ewlenija, li ħabbar il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fil-qari tal-Baġit għas-sena d-dieħla, hi l-allokazzjoni ta’ €350 miljun favur aktar sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija.
B’din il-miżura, il-Gvern b’kollox se jkun nefaq qrib id-€931 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin fuq sussidji biss favur aktar stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’din l-allokazzjoni massiċċa, il-poplu Malti u Għawdxi se jibqa’ ma jsofri l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels.