L-Ambaxxatur Daniel Azzopardi li bħalissa qed jokupa l-kariga ta’ Rappreżentant Permamenti għall-Unjoni Ewropea se jkun nominat għall-kariga ta’ Ambaxxatur għal Spanja. Dan filwaqt li s-Sur Vanni Xureb ġie nnominat bħala l-Ambaxxatur Malti fil-Ġermanija. Huwa kien imexxi l-MEUSAC u bħalissa huwa l-Ambaxxatur Malti fi Spanja.
Filwaqt li l-Ambaxxatur Malti għal Ġermanja, Marlene Bonnici se terġa’ tokkupa l-kariga li kellha bejn l-2012 u l-2018, dik ta’ Rappreżent Permanenti għall-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Bonnici okkupat karigi għolja bħala uffiċjal pubbliku u serviet anke bħala Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Intant, il-Gvern fi stqarrija għamel referenza għal artikli li dehru fil-mezzi tax-xandir. Il-Gvern saħaq li hija prassi li jkun hemm ċaqliq tal-ambaxxaturi, b’mod speċjali meta jkun hemm amministrazzjoni ġdida.
Huwa rringrazzja lit-tliet ambaxxaturi tax-xogħol siewi li qed jagħmlu u tal-impenn li juru.