Fl-ewwel reazzjoni għall-baġit l-Imsieħba soċjali kollha faħħru b’xi mod jew ieħor id-diversi miżurli li ġew imħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla.
Iżda dan kollu jikkunrasta mal-istqarrija li għamel il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech, li r-reazzjoni tiegħu kienet għal kollox waħda negattiva saħansitra spiċċa jattakka lil dawn l-imsieħba soċjali tfal żgħar.Intqal dan f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista, fejn il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal kif din id-dikjarazzjoni spikkat ħafna u li b’dan wera li hu mhux jifhem lis-sidien ta’ diversi negozji li jħaddmu għexieren ta’ ħaddiema.
Bernard Grech ħadha kontra l-imsieħba soċjali f’pajjiżna u qabbilhom ma’ tfal li jkunu jridu xi ħaġa u joħduha. Dan hekk kif f’intervista li kellu fuq l-istazzjon tiegħu l-Ħadd filgħodu huwa ta din l-ispjegazzjoni għal fatt li l-imsieħba soċjali kollha laqgħu b’mod pożittiv il-budget għas-sena d-dieħla imħabbar mill-Gvern.
Abela għamel referenza wkoll għall-diversi rapporti f’gazzetti indipendenti li wkoll ikkritikaww in-negattvitia ta’ Grech.
Abela staqsa jekk Grech hux qed jattakka wkoll lill-Poplu Malti, li wkoll laqa’ dan il-baġit.
Indirizzat ukoll il-konferenza tal-aħbarijiet Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, fejn qalet li dan huwa attakk fuq il-Poplu Malti u Għawdxi kollu.
Qalet kif fl-ewwel jiem tiegħu qal ħafna u fajjar ħafna kliem u kkritika bla ħniena iżda xorta waħda baqa’ bla pjan u viżjoni. Ħaġa li qala wkoll il-poplu inġenerali.
Għamlet referenza kif dan l-istess persuna jgħid li jistħu li hu Malti, iżda li m’għandu l-ebda dritt iċaħħad lill-Maltin sabiex jieħdu l-għajnuna li għandhom bżonn u aktar minn hekk jattakka lil dawn l-imsieħba soċjali.
Qalet kif dan huwa Gvern huwa ffukat u b’viżjoni, iżda dan jikkuntrasta mal-Partit tal-Opożizzjoni u li f’mument fejn id-dinja għaddejja minn kriżi, għandna kap tal-opożizzjoni li qed jiddubita fuq deċiżjoni li twieżen eluf ta’ impjiegi.
Staqsiet ukoll jekk il-kap tal-opożizzjoni kien qed immexxi hu x’kien jagħmel? Iħalli lill-ekonomija Maltija sejra lura u jħalli għexieren ta’ nies jitilfu l-impjieg?