Il-Malta Motor Sport Federation nidiet illum f’konferenza tal-aħbarijiet, proġett imsejjaħ Future Project sabiex uffiċċjali lokali jkunu mħarġa professjonalment għal kompetizzjonijiet lokjali u internazzjonali. L-objettiv ta’ dan il-progett huwa li l-uffiċċjali jkunu ċerti minn avvenimenti bi standard ta’ sigurta għoli u fl-istess ħin ikollhom korsijiet rikonoxxuti internazzjonalment. Proġett infinanzjat mill-Unjoni Ewropej permezz tal-programm Erasmus +.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li kien preżenti għal din l-attività qal li korsijiet bħal dawn huma importanti ħafna fi sport fejn is-sigurtà hija fattur determinant. Huwa qal li Malta f’dan l-isport dejjem kisbet riżultati eċċellenti u għalhekk huma importanti li anke l-uffiċċjali ikun jistgħu mhux biss joperaw Malta, izda anke fix-xena internazzjonali.
Huwa semma li l-Gvern issa ser ikompli jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ma tibqax biss pjan iżda issir realtà u qal li il-fażijiet ta’ studju għal din il-ħolma ta’ kull dilettant, issa qed jiġu fi tmiemhom u l-proġett kollhu qed isir realtà, u ghalhekk titwettaq il-wegħda tal-Gvern.
Indirizza ukoll din il-konferenza tal-ahbarijiet Tonio Cini, President tal-MMF.