L-eks Surġent tal-Pulizija Simon Schembri ngħata kumpens finanzjarju mill-Gvern.
Dan wara li Schembri kien weġġa’ waqt il-qadi ta’ dmirijietu u li l-każ li seħħ tliet snin ilu ħallih b’danni fiżiċi serji u b’diżabilità permanenti.
Fi stqarrija l-Gvern qal li minkejja li l-Gvern ma kellux x’jaqsam mal-każ, il-Kabinett iddeċieda favur kumpens finanzjarju bħala ex gratia.
Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li l-Gvern m’aġixxiex biss f’dan il-każ, iżda ħaseb għal soluzzjonijiet fit-tul billi nieda skema ta’ Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol.
B’hekk din l-iskema se tkun ta’ appoġġ f’każ li jinqala’ xi aċċident waqt il-qadi ta’ dmirijiethom b’mekkaniżmi li huma stabbiliti.
Dwar il-każ li kien involut Simon Schembri, hemm żagħżugħ li qed jistenna jgħaddi ġuri.