Min għamel 25 sena fil-gvern u ħalla l-pensjonijiet iffriżati mhux kredibbli biex jitkellem fuq il-pensjonijiet. Il-Gvern preżenti għandu pjan mifrux fuq bosta inizjattivi bil-għan li jsaħħaħ il-qagħda tal-pensjonanti. Fuq quddiem nett hemm iż-żieda fil-pensjonijiet. Fil-fatt din hi l-uniku miżura obbligatorja minn dan il-pjan li ra l-pensjonijiet jitjiebu għal sena wara l-oħra. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Imbagħad hemm numru ta’ inċentivi volontarji.
L-‘Equity Release’ li tħabbret ilbieraħ hi biss waħda minnhom. Din hija skema totalment volontarja li f’pajjiżna kienet diġa’ bdiet titħaddem mill-privat u l-gvern qed jara li tkun regolata biex il-pensjonanti jkunu mħarrsa.
Il-pensjonanti għandhom kull dritt li jgħażlu huma x’jagħmlu bil-proprjetà tagħhom u kif jieħdu l-aħjar potenzjal tagħha tul ħajjithom. Dan fl-istess ħin li jibqgħu jgħixu fiha u mhux ibiegħuha.
Parti oħra minn da nil-pjan huma l-Bonds 62+ li għal darb oħra raw rispons qawwi mill-anzjani li l-gvern qed jgħinhom jieħdu valur aħjar ta’ dak li faddlu.
Filwaqt li żied u se jkompli jżied il-pensjonijiet u jnaqqas il-piżijiet għal anzjani, il-gvern irid jara li l-anzjani jkollhom l-aqwa għażliet biex ikomplu jieħdu l-frott ta’ dak li ħadmu għalih tul ħajjithom.
Il-politika tal-PN hi politika ta’ partit magħluq u staġna li għadu ma rrealizzax li l-aspirazzjonijiet tal-poplu qed jinbidlu u għal darb oħra qed jirreżisti l-bidla pożittiva temm jgħid il-Partit Laburista.